Ersaqli ngħid lil tat-trakk mimli ġebel tal-kostruzzjoni, li qisu jħossu li xtara t-triq, peress li hu kbir u jagħmel l-istorbju.
Ersaqli ngħid lil tal-vann li waqaf quddiem l-iSphinx biex jixtri pizza, u baqa bil-van ipparkjat fin-nofs sakemm jikolha.
Ersaqli ngħid lill-karozza li biex qabżitni marret fil-kareġġjata opposta, u sabet xarabank ma’ wiċċha li għan-naqra ma’ faqgħetiex.
Ersaqli ngħid lil tal-minibus mimli tfal tal-iskola, li ħass li kellu jiġi quddiemi avolja kien warajja sakemm qed nistennew mal-lights.
Ersaqli ngħid lil dak is-sinjur li għajjarni “Injoranta” għax għidtlu li ma jistax juża l-mobile waqt li qed isuq.
Ersaqli ngħid lil għexieren ta’ karozzi kuljum, li jipparkjaw kif ġie ġie tant li tħossok qed taħkmek l-OCD meta ma tistax tibqa ssegwi il-linja mmaġinarja li pinġejt f’moħħok.
Ersaqli ngħid lil dak il-pervertit li neżżgħani b’għajnejh waqt li għaddejja għall-affari tiegħi u qalli, b’ton li jkexkxek – “X’nagħmillek …”, waqt li saq inkaxxat minn miegħi.
Ersaqli tridx? It-triq tiegħi ukoll.
Contributed to BAG by Michelle Attard Tonna on 18.09.2019 to commemorate European Mobility Week